Il-bażi tad-<i>data</i> legali Ungeriża

Il-bażi tad-<i>data</i> legali Ungeriża

Ipprintja din il-paġna

Il-funzjonalità tat-tiftix disponibbli fuq is-sit web tal-Bażi tad-data tal-Leġiżlazzjoni Nazzjonali (http://njt.hu) tingħata lill-pubbliku mingħajr ħlas sabiex jiġi promoss l-aċċess għal-leġiżlazzjoni Ungeriża.

Il-kontenut u s-servizzi disponibbli fuq il-Bażi tad-data tal-Leġiżlazzjoni Nazzjonali jingħataw minn Magyar Közlöny Lap- és Könyvkiadó Kft. (Il-Pubblikatur tal-Ġurnal Uffiċjali Ungeriż).

It-traduzzjonijiet bl-Ingliż tal-liġijiet speċifikati mill-ministru responsabbli għall-ġustizzja huma wkoll disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-Leġiżlazzjoni Nazzjonali.

Termini ewlenin użati fil-leġiżlazzjoni Ungeriża huma disponibbli bl-Ungeriż u bl-Ingliż fuq il-bażi tad-data tat-terminoloġija tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Ungerija.

Tipi prinċipali ta’ liġijiet u strumenti regolatorji tad-dritt pubbliku

Alaptörvény (Liġi Fundamentali): in-norma tal-ogħla livell legali li tirregola s-sistema legali tal-Ungerija, tiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi bażiċi taċ-ċittadini, u tistabbilixxi r-regoli ewlenin għall-istruttura tal-istat. L-ebda miżura ta’ kwalunkwe norma oħra ma tista’ tmur kontra l-Liġi Fundamentali.

Törvény (Att): in-norma tat-tieni l-ogħla livell legali. Id-drittijiet u l-obbligi, li jridu jiġu rregolati b’Atti, jiġu ddefiniti bil-Liġi Fundamentali. L-atti jistgħu biss jiġu adottati, emendati jew imħassra mill-Assemblea Nazzjonali.

Rendelet (Digriet): liġi bbażata fuq in-normi legali ta’ livell ogħla jew teżegwixxi dispożizzjonijiet tagħhom. Id-digrieti jkollhom saħħa ta’ liġi hekk kif ikunu adottati taħt awtorizzazzjoni mogħtija minn liġijiet ta’ livell ogħla.

Határozat (Deċiżjoni Normattiva): hija strument regolatorju tad-dritt pubbliku adottata eż. mill-Assemblea Nazzjonali, il-Gvern jew organu kolleġġjali ieħor tal-amministrazzjoni ċentrali tal-Istat kif ukoll minn gvernijiet lokali li jirregolaw l-organizzazzjoni, it-tħaddim, l-attivitajiet u l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom.

Utasítás (Istruzzjoni Normattiva): hija strument regolatorju tad-dritt pubbliku maħruġa mill-kapijiet ta’ organizzazzjonijiet amministrattivi ta’ eż. l-Assemblea Nazzjonali, ministeri, organi regolatorja indipendenti u għandha tkun vinkolanti fuq il-persunal tal-organi rispettivi.

Pajjiżi tal-UE

N-Lex joffri punt uniku ta’ aċċess għal bażijiet ta’ dejta tal-liġi nazzjonali fil-pajjiżi individwali tal-UE.

Agħżel wieħed mill-pajjiżi biex issib atti legali jew issir taf aktar dwar is-sistema legali tiegħu.
Pajjiżi MHUX tal-UE

N-Lex jipprovdi links u deskrizzjonijiet ta’ siti web ta’ pajjiżi mhux tal-UE.