Leġiżlazzjoni

Leġiżlazzjoni

Ipprintja din il-paġna

 Netherlands Logo

Deskrizzjoni

Wet-en Regelgeving (Leġiżlazzjoni) hu s-sottotitolu legali tal-portal tal-gvern Olandiż fuq l-internet, Overheid.nl.

Jitmexxa minn intrapriża privata SDU Uitgevers u jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru tal-finanzi.

Is-sit Wet-en Regelgeving jagħti aċċess għat-testi konsolidati tal-leġiżlazzjoni Olandiża fis-seħħ jew imħassra mill-1 ta' Mejju 2002.

Jikkonsisti f'erba' rubriki differenti: Liġijiet (Wetten); Ordnijiet amministrattivi ġenerali (AMvB) u digrieti rjali (Koninklijke besluiten); Regoli ta' proċedura (Reglement van orde); Ordnijiet ministerjali (Ministeriële regeling).

It-testi konsolidati aċċessibbli minn Wet-en Regelgeving mhumiex uffiċjali. It-testi ppubblikati fil-ġurnali uffiċjali biss (Staatsblad għal-liġijiet, Staatscourant għar-regolamenti) u mill-entitajiet tal-Istat huma uffiċjali.

Atti legali

Liġijiet (Wetten): Standard legali adottat skont il-proċedura li tinsab fil-Kostituzzjoni Olandiża (1851). Jiġu vvutati mill-Parlament imbagħad approvati mill-gvern.

L-ordnijiet amministrattivi ġenerali (Algemene maatregel van Bestuur, AMvB): Digrieti ta' applikazzjoni li jagħmlu parti minn liġi. Dawn jiġu ordnati mir-re jew mill-gvern wara konsultazzjoni u opinjoni pożittiva tal-Kunsill tal-Istat (Raad van State). Għandhom ambitu ġenerali u jidħlu fis-seħħ ladarba jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali.

Digrieti rjali (Koninklijk Besluit): Uffiċjalment, dawn huma deċiżjonijiet meħudin mir-re, iżda fil-prattika huma deċiżjonijiet meħudin mill-ministri, peress li dawn għandhom ir-responsabbiltà politika. Normalment id-digrieti huma speċifiċi u b'ambitu individwali. Jistgħu jikkonċernaw il-ħatra ta' sindku jew l-għoti ta' dekorazzjoni rjali. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ma jinħtiġux l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Istat jew tal-Kunsill tal-ministri.

Regoli ta' proċedura (Reglement van orde): Jiffissaw ir-regoli tal-funzjonament tal-kunsilli lokali, il-kunsilli amministrattivi, tal-kumpaniji, eċċ.

Ordnijiet ministerjali (Ministeriële regeling): Ordnijiet meħudin mill-ministri li jirregolaw l-infurzar tal-liġijiet, jew ordnijiet taħt ir-responsabbiltà diretta tagħhom. L-implimentazzjoni tagħhom tiddependi mil-liġi.

Pajjiżi tal-UE

N-Lex joffri punt uniku ta’ aċċess għal bażijiet ta’ dejta tal-liġi nazzjonali fil-pajjiżi individwali tal-UE.

Agħżel wieħed mill-pajjiżi biex issib atti legali jew issir taf aktar dwar is-sistema legali tiegħu.
Pajjiżi MHUX tal-UE

N-Lex jipprovdi links u deskrizzjonijiet ta’ siti web ta’ pajjiżi mhux tal-UE.