Avviż legali

Ipprintja din il-paġna

L-informazzjoni f'dan is-sit hi soġġetta għal ċaħda ta’ responsabblità, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali, u avviż dwar il-cookies.

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżomm dan is-sit web biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-bażijiet tad-data uffiċjali tal-liġijiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE. Il-portal N-Lex jippermetti liċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-data tal-liġijiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE u jfittxuhom bil-lingwa tagħhom stess. Aħna nippruvaw nipprovdu informazzjoni aġġornata u preċiża dwar il-bażijiet tad-data ta’ kull pajjiż kif ukoll l-istruttura u l-kontenut tas-sistemi legali nazzjonali tagħhom. Jekk tiġbdulna l-attenzjoni għal xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

L-informazzjoni li tinsab fuq il-portal N-Lex hi:

  • ta’ natura ġenerali biss u mhux maħsuba biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi

  • mhix neċessarjament komprensiva, sħiħa, preċiża jew aġġornata

  • llinkjata ma’ siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet m’għandu ebda kontroll u li għalihom l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jassumi ebda responsabbiltà

  • mhix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat).

Innota li ma jistax jiġi żgurat li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu, xi data u informazzjoni fuq is-sit tagħna ġejjin minn sorsi esterni u jistgħu jkunu nħolqu jew ġew strutturati f’fajls jew formati li ma jkunux mingħajr żbalji. Ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b’mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ tali problemi b’riżultat tal-użu tas-sit N‑Lex jew kwalunkwe link estern.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jistax jinżamm responsabbli għall-informazzjoni, l-opinjonijiet u d-dokumenti li jinstabu fl-arkivji tal-liġi nazzjonali uffiċjali llinkjati mas-sit web tal-N-Lex, la fir-rilevanza ta’ dawn il-links u lanqas għal kwalunkwe problema oħra li sseħħ fl-użu ta’ dawn il-bażijiet tad-data. Nistiednuk taqra bir-reqqa ċ-ċaħda ta’ reponsabbiltà kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-użu li jidhru fil-bażi tad-data kkonċernata.

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhix maħsuba sabiex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet bi ksur tar-regoli stipulati fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi.

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 2006-2020

Ħlief fejn ikun iddikjarat mod ieħor, informazzjoni ġenerali introduttorja dwar il-kontenut tad-bażi tad-data tal-pajjiżi tal-UE aċċessibbli permezz tas-sit N-Lex tista’ tiġi ddawnlowdjata u tiġi riprodotta għal użu personali jew għal aktar disseminazzjoni mhux kummerċjali jew kummerċjali, sakemm is-sors jingħata kif ġej:

'© Unjoni Ewropea, n-lex.europa.eu'.

Il-permess mogħti hawn fuq ma jkopri l-ebda test legali jew dokumenti disponibbli fil-bażijiet tad-data L-utenti għandhom jikkonsultaw l-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur tal-bażi tad-data kkonċernata għal kundizzjonijiet dwar id-dawnlowdjar, ir-riproduzzjoni jew it-traduzzjoni ta’ testi jew ta’ dokumenti legali.

Fil-każ li għandek xi dubji dwar l-użu mill-ġdid tat-testi fuq l-N-Lex, tista' tibgħat il-mistoqsijiet bil-miktub lill-:

L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
id-Direttorat tar-Riżorsi u l-Loġistika
l-Unità tas-Sejħiet għall-Offerti, tal-Kuntratti u tad-Drittijiet tal-Awtur
id-Drittijiet tal-Awtur u Kwistjonijiet Legali
2, rue Mercier
2985 Luxembourg
Luxembourg
Fax: +352 2929-42672
Email: op-copyright@publications.europa.eu

Politika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali

It-trattament tad-data tiegħek

L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utent.

Il-politika dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni hi bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

X'nagħmlu bl-emails li tibagħtilna?

Meta tibgħat email jew talba lis-servizz tal-Helpdesk, id-data personali tiegħek tiġi pproċessata biss sa fejn ikun meħtieġ biex twieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-mailbox ma jkunx jista' jwieġbek, l-email tiegħek tgħaddi għand xi servizz ieħor. Inti tiġi infurmat, permezz ta’ email, dwar fejn tkun intbagħtet.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.

L-ipproċessar tad-data personali mill-Helpdesk tagħna hu kopert minn dikjarazzjoni ta’ privatezza li l-ipproċessar speċifiku ġie nnotifikat lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea bir-referenza DPR-EC-00493 u ppubblikat fir-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Tista’ taċċessa d-dikjarazzjoni ta’ privatezza kollha hawnhekk: https://op.europa.eu/en/web/about-us/legal-notices/helpdesk.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Jekk ikollok xi kummenti jew mistoqsijiet, kwalunkwe tħassib jew ilment, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz ta’ din il-informazzjoni ta’ kuntatt:
Email: eurlex-helpdesk@publications.europa.eu.

Politika dwar il-cookies

Biex is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu fajls żgħar tad-data li nsejħulhom “cookies” fuq l-apparat tiegħek.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hu fajl żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Hu jippermetti s-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi ta' wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għalfejn toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.

  • Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ parti terzi.
  • Il-cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, b’differenza għal cookie ta’ sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-browser tiegħek.

Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab biex taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.

Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.

Kif nużaw il-cookies?

Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar “cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna.

Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.

Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:

  • il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tiftix u l-preferenzi tan-notifiki;
  • l-aħħar żjara tiegħek fuq is-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
  • jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.
  • Preferenzi tal-viżitaturi

Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru jekk qbiltx mal-politika tal-cookies ta’ dan is-sit.

Isem Notifika Skop Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
eu_cookie_consent Kit ta’ kunsens għall-cookies Ħżin tal-preferenzi tal-cookies tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom) Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-browser tiegħek
has_js Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kontenut (CMS) Kontrolli jekk il-klijent ikollu JS miftuħ Cookie ta’ sessjoni tal-ewwel parti. Imħassar wara li l-utent jitlaq mill-browser.
  • Cookies operazzjonali

Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikolari cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.

Cookies tekniċi

Isem Notifika Skop Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
JSESSIONID Server ta’ Applikazzjoni Java Iġġenerat mill-kontenitur Servlet u jintuża għall-ġestjoni tas-sessjonijiet Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti, imħassar wara li tagħlaq il-browser tiegħek
  • Cookies analitiċi

Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.

Il-cookies sempliċiment jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna – bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).

Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza jew ma tintuża għal ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur.

Isem Notifika Skop Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien
_pk_id# Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo Jirrikonoxxi l-viżitaturi tas-sit web (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent). Cookie persistenti tal-ewwel parti, 13-il xahar
_pk_ses# Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo Jidentifika l-paġni li l-istess utent jara waqt l-istess żjara. (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent). Cookie persistenti tal-ewwel parti, 30 minuta
_pk_ref# Servizz tal-analitika tal-web korporattiv, ibbażat fuq is-software b’sors miftuħ Matomo Użat biex tinħażen l-informazzjoni ta’ attribuzzjoni, ir-referrer inizjalment użat għaż-żjara fis-sit web Cookie persistenti tal-ewwel parti, 6-il xahar
  • Cookies ta' parti terza

Il-biċċa l-kbira tal-paġni juru kontenut minn siti web nazzjonali.

Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom.

Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.

Fornituri terzi fuq is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.

Data privata

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data dwar l-ibbrawżjar. Dawn il-cookies ma jintużaw għal ebda skop ieħor għajr dak deskritt hawnhekk.

Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?

Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq - għad-dettalji, ara aboutcookies.org.

Tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek

Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-browser tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.

Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).

L-immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit

Għal kontroll aktar iddettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-browser preferut tiegħek.

Imblukkar tal-cookies

Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. profil ta’ login).