CyLaw ġiet stabbilita f’Jannar 2002 bħala bażi tad-dejta mhux għal skopijiet ta’ lukru sabiex tkun ipprovduta informazzjoni legali mingħajr ħlas u indipendenti dwar u aċċess għas-sorsi tal-liġi Ċiprijotta bħala parti mill-moviment internazzjonali għal aċċess mingħajr ħlas għal-liġi li tiegħu Ċipru huwa membru. Il-bażijiet tad-dejta Cylaw jinkludu sentenzi mogħtija mill-Qorti Suprema u mill-Qorti tal-Familja tat-tieni istanza sa mill-1997, ir-regoli tal-proċedura ċivili u numru ta’ artikli u ta’ testi legali.
Is-sentenzi inklużi fil-bażi tad-dejta CyLaw kienu rreġistrati f’format elettroniku mill-Qorti Suprema. It-testi tas-sentenzi inklużi huma testi awtentiċi, kif ippronunzjathom il-Qorti Suprema, bla ebda interferenza jew korrezzjoni.
L-aċċess għal CYLAW huwa mingħajr ħlas.