Dwar

X'inhu N-Lex?

Punt ta' dħul uniku għall-bażi tad-data tal-liġi ta' kull pajjiż tal-UE. N-Lex innifsu ma fih ebda dokument. Mhuwiex bażi tad-data, iżda interface faċli li wieħed jużah li jippermettilek tfittex fil-bażijiet tad-data nazzjonali (li fuqhom huwa jiddependi għal kollox).

N-Lex jikkumplimenta l-EUR-Lex, is-sit web għall-atti legali tal-UE, billi tillinkja l-liġi nazzjonali.

Kien żviluppat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE flimkien mal-gvernijiet nazzjonali.

X'tista' tagħmel fuq N-Lex?

Uża formola ta' tiftix standard biex taċċessa l-bażijiet tad-data tal-pajjiżi tal-UE. Tista' jew tfittex pajjiż 1 kull darba jew 2 pajjiżi jew aktar fl-istess ħin. Ikseb dokumenti direttament mill-bażijiet tad-data nazzjonali.
Sib deskrizzjonijiet tat-tipi differenti ta' liġi nazzjonali u kif tfittex għalihom. Sib deskrizzjonijiet tat-tipi differenti ta' liġi nazzjonali u kif tfittex għalihom. Uża t-traduzzjoni awtomatika biex tittraduċi r-riżultati tat-tfittxija tiegħek u d-dokumenti miksuba.

Xerred il-kelma

Għinna nilħqu aktar nies billi tixxerja l-istrixxuni tagħna fuq is-sit web jew is-servizz tiegħek.

Strixxun ta' N-Lex - daqs kbir Strixxun ta' N-Lex - daqs żgħir