Dwar il-bażi tad-dejta nazzjonali

Logo tas-sit web leġiżlattiv Ċek “Portál veřejné správy”

Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka tikkonsisti f’liġijiet kostituzzjonali, statuti, sejbiet tal-Qorti Kostituzzjonali, biċċiet tal-liġi Ewropea, ftehimiet internazzjonali rratifikati u leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, li tinkludi ordnijiet tal-gvern, notifiki ministerjali u notifiki ta’ uffiċċji amministrattivi ċentrali oħrajn u digrieti u statuti ġeneralment vinkolanti ta’ awtoritajiet reġjonali.

It-tipi ewlenin ta’ leġiżlazzjoni

Liġijiet kostituzzjonali

Leġiżlazzjoni bl-ogħla forza legali, li tindirizza l-aktar kwistjonijiet importanti tal-Istat u drittijiet umani u ċivili. Dawn jinkludu l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Libertajiet tal-Repubblika Ċeka.

Statuti

Id-disposizzjonijiet legali li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni naturali u legali u l-kompetenza u l-kamp ta' applikazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi. L-istatuti huma ta' grad superjuri għad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni imma subordinati għall-Kostituzzjoni, il-liġijiet kostituzzjonali u t-trattati internazzjonali.

Ordnijiet tal-Gvern

Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-atti. Biex jimplimenta att, il-gvern jista’ joħroġ ordni fl-ambitu tal-Att, mingħajr awtorizzazzjoni espliċita preżenti fl-att innifsu.

Notifiki Ministerjali u notifiki ta’ amministrazzjonijiet ċentrali oħrajn

Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-atti, maħruġa minn awtoritajiet tal-amministrazzjoni ċentrali (pereżempju Ministeru) espliċitament awtorizzati għal dak l-għan mill-att.

Sejbiet tal-Qorti Kostituzzjonali

Leġiżlazzjoni li tħassar jew parti minnha.

Trattati internazzjonali

Parti tal-proċedura regolatorja jekk: (1) irratifikati mill-Parlament (2) huma validi (3) ir-Repubblika Ċeka hija marbuta bihom u (4) jkunu ġew ippubblikati kif xieraq fil-ġbir ta’ trattati internazzjonali.

Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka u l-ftehimiet internazzjonali jkunu ġew ippubblikati fil-ġurnali uffiċjali li ġejjin:

  • Sbírka zákonů (Kollezzjoni ta' Liġijiet)
  • Sbírka mezinárodních smluv (Kollezzjoni ta' Trattati Internazzjonali)
  • Věstníky právních předpisů krajů (Ġurnali Distrettwali tal-Istatuti) u Věstník právních předpisů hlavního města Prahy (Ġurnal tal-Istatuti tal-Belt ta' Praga)
  • Úřední desky obecních úřadů (Bordijiet tal-Bulletin tal-Muniċipalità)

Sorsi ta’ tagħrif onlajn dwar il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka

L-awtoritajiet Ċeki jippubblikaw informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni vinkolanti fis-sistemi ta’ informazzjoni li ġejjin:

  • Applikazzjoni „Sbírka zákonů

Aċċess għall-Kollezzjoni tal-Liġijiet u għall-Kollezzjoni tat-Trattati Internazzjonalihttp://aplikace.mvcr.cz/sbirka-zakonu/ (biċ-Ċek biss, xi informazzjoni fis-sit hija bl-Ingliż).

  • Portál veřejné správy" (Portal Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika)taqsima„Vyhledávání v zákonech“ (Taqsima tat-tiftix) http://portal.gov.cz/portal/obcan/ (biċ-Ċek biss)

Jagħti aċċess għall-verżjonijiet finali tal-atti kollha fis-seħħ ippubblikati fil-Kollezzjoni. Tista' ssir tfittxija għall-atti skont isimhom, in-numru tagħhom, in-numru tal-ħruġ tal-Kollezzjoni, u l-użu ta' tfittixja għat-test sħiħ (il-kliem ewlieni jrid jiddaħħal b'dijakritiki Ċeki). It-testi huma disponibbli biss biċ-Ċek.

It-testi disponibbli permezz tar-riżorsi onlajn imsemmija hawn fuq mhumiex vinkolanti. L-uniċi verżjonijiet legalment vinkolanti huma verżjonijiet fuq il-karta fil-Kollezzjoni tal-Atti u l-Kollezzjoni tal-Ftehimiet Internazzjonali. Madankollu, il-verżjonijiet stampati taż-żewġ kollezzjonijiet se jiġu ssostitwiti minn sistema elettronika („e-Sbírka“) sa mill-2014.