lagrummet.se huwa s-servizz pubbliku fejn tista' ssib il-liġi Svediża fuq l-internet. Huwa mmaniġjat mill-Amministrazzjoni Svideża tal-Qrati Nazzjonali (Domstolsverket). Is-sit jippubblika għadd ta' serje, u jiġbor fih informazzjoni leġiżlattiva mill-gvern, mill-parlament, mill-qrati superjuri u mill-awtoritajiet pubbliċi.
lagrummet.se jipprovdi aċċess għal dan li ġej:
It-testi leġiżlattivi kollha ppubblikati fil-Kodiċi tal-Istatuti Svediż mill-1736 jistgħu jiġu kkonsultati. Tista' tfittex fil-bażijiet ta' dejta leġiżlattivi billi tuża formoli tat-tiftix adattati għat-tipi differenti ta' strumenti u għal ħtiġijiet speċifiċi tiegħek (test liberu u tiftix speċifiku).
Reġistru uffiċjali ta' strumenti leġiżlattivi: fih informazzjoni (awtorità responsabbli, data tad-dħul fis-seħħ, ħidma preparatorja u emendi) dwar strumenti leġiżlattivi u regolatorji fil-Kodiċi tal-Istatuti Svediż. Dan ir-reġistru fih l-istrumenti kollha ppublikati mis-sena finanzjarja 1985/1986.
Leġiżlazzjoni (testi sħaħ): ikopri verżjonijiet konsolidati għall-istrumenti kollha leġiżlattivi u regolatorji ppubblikati fil-Kodiċi tal-Istatuti Svediż mill-1736.
Kodiċi tal-Istatuti Svediż: fih strumenti leġiżlattivi u regolatorji (mill-1998) li huma parti mill-Kodiċi tal-Istatuti Svediż. L-istrumenti huma ppreżentati kif huma ppubblikati fuq il-karta (jiġifieri fil-format PDF). Jistgħu jinstabu wkoll strumenti mħassra.