Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżomm dan is-sit web biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-bażijiet tad-data uffiċjali tal-liġijiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE. Il-portal N-Lex jippermetti liċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-data tal-liġijiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE u jfittxuhom bil-lingwa tagħhom stess. Aħna nippruvaw nipprovdu informazzjoni aġġornata u preċiża dwar il-bażijiet tad-data ta’ kull pajjiż kif ukoll l-istruttura u l-kontenut tas-sistemi legali nazzjonali tagħhom. Jekk tiġbdulna l-attenzjoni għal xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

L-informazzjoni li tinsab fuq il-portal N-Lex hi:

  • ta’ natura ġenerali biss u mhux maħsuba biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi

  • mhix neċessarjament komprensiva, sħiħa, preċiża jew aġġornata

  • llinkjata ma’ siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet m’għandu ebda kontroll u li għalihom l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jassumi ebda responsabbiltà

  • mhix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat).

Innota li ma jistax jiġi żgurat li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu, xi data u informazzjoni fuq is-sit tagħna ġejjin minn sorsi esterni u jistgħu jkunu nħolqu jew ġew strutturati f’fajls jew formati li ma jkunux mingħajr żbalji. Ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b’mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ tali problemi b’riżultat tal-użu tas-sit N‑Lex jew kwalunkwe link estern.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jistax jinżamm responsabbli għall-informazzjoni, l-opinjonijiet u d-dokumenti li jinstabu fl-arkivji tal-liġi nazzjonali uffiċjali llinkjati mas-sit web tal-N-Lex, la fir-rilevanza ta’ dawn il-links u lanqas għal kwalunkwe problema oħra li sseħħ fl-użu ta’ dawn il-bażijiet tad-data. Nistiednuk taqra bir-reqqa ċ-ċaħda ta’ reponsabbiltà kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-użu li jidhru fil-bażi tad-data kkonċernata.

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhix maħsuba sabiex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet bi ksur tar-regoli stipulati fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi.