Il-Websajt tal-Liġijiet ta' Malta huwa servizz provdut mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan is-servizz jiġbor flimkien il-Liġijiet ta' Malta, li jinkludi l-Kostituzzjoni ta' Malta, l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji u l-leġiżlazzjoni sussidjarja.
Dawn jinstabu fuq il-url li ġej.
Il-LIĠIJIET TA' MALTA onlajn, f’format pdf, toffri dawn is-servizzi li ġejjin:
Dan is-servizz jinkludi l-leġiżlazzjoni prinċipali u sussidjarja fis-seħħ bħalissa, regolarment aġġornata b'emendi jew leġiżlazzjoni ġdida approvata mill-Kamra tad-Deputati. Għall-għanijiet tal-liġijiet lokali, din il-websajt hi kkunsidrata bħala l-verżjoni uffiċjali tal-Liġijiet ta' Malta, iżda mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 11A(4) tal-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
L-emendi tal-leġiżlazzjoni approvati mill-Kamra tad-Deputati jiġu integrati fit-test oriġinali, MALLI DAWN JIDĦLU FIS-SEĦĦ; għalhekk it-test muri jkun il-verżjoni preżenti tal-leġiżlazzjoni.