Il-Bażi tad-Dejta Legali Onlajn (Internetowy System Aktów Prawnych – ISAP) hi aċċessibbli mill-websajt tas-Sejm (il-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Pollakk). Hi tinkorpora testijiet aġġornati regolarment ta' atti legali, ippubblikati kemm fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Liġijiet tar-Repubblika Pollakka, (Dziennik Ustaw) jew fil-Monitur Pollakk(Monitor Polski) flimkien mal-avviżi biblijografiċi tagħhom. Il-bażi tad-dejta ISAP ma tinkorprax madankollu l-liġi tal-gvern lokali lanqas il-liġi interna). Mill-1 ta' Jannar, 2012 kemm il-Ġurnal Uffiċċjali kif ukoll il-Monitur Pollakk huma disponibbli f'verżjoni elettronika.
L-atti legali – kemm dawk ippromulgati kif ukoll it-testi konsolidati – huma ppubblikati fil-bażi tad-dejta tal-ISAP bħala fajls PDF. L-atti legali ppubblikati biss fil-Ġurnal Uffiċjali jew il-Monitur Pollakk jikkostitwixxu sors leġittimu ta' liġi fil-Polonja. Għalhekk, il-verżjonijiet elettroniċi ta' atti legali disponibbli mill-bażi tad-dejta għandhom jitqiesu bħala materjal informattiv. Dawn il-pubblikazzjonijiet ma jikkostitwixxux sors leġittimu ta' liġi fil-Polonja.
Is-sorsi tal-liġi Pollakka jinqasmu f'żewġ kategoriji, jiġifieri l-liġi universalment vinkolanti u l-liġi interna.