Dwar N-Lex

Ipprintja din il-paġna

X'inhu N-Lex?

Huwa punt ta’ dħul uniku għal bażijiet tad-dejta tal-liġi nazzjonali tal-pajjiżi individwali tal-UE.

N-Lex innifsu ma fih ebda dokument. Mhuwiex bażi ta’ dejta, iżda interface faċli li wieħed jużah li jippermettilek tfittex fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali (li fuqhom huwa jiddependi għal kollox).

X'tista' tagħmel fuq N-Lex?

  • Tuża funzjoni ta’ tfittxija standard biex tifttex f’bażijiet tad-dejta fi kwalunkwe pajjiż tal-UE individwalment jew f’aktar minn pajjiż wieħed fl-istess ħin
  • Issib dokumenti direttament minn dawk il-bażijiet tad-dejta
  • Issib deskrizzjonijiet tal-kontenut tal-bażi tad-dejta ta’ kull pajjiż (tipi differenti ta’ liġi nazzjonali) u struzzjonijiet dwar tfittxijiet immirati
  • Issib dokumenti bi kwalunkwe lingwa tal-UE (bl-użu tat-traduzzjoni awtomatizzata biex tagħmel it-tfittxija u ssir it-traduzzjoni tal-paġni tar-riżultati tat-tfittxija tiegħek)

Sfond

N-Lex jikkumplimenta l-EUR-Lex, is-sit web tal-UE għall-atti legali, billi jillinkja l-liġi nazzjonali.

Kien żviluppat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE flimkien mal-gvernijiet nazzjonali.