Sit web uffiċjali tal-Unjoni EwropeaSit web uffiċjali tal-UE

legis_de

Internetowy System Aktów Prawnych (ISAP) / Leġiżlazzjoni

Kif tfittex

Tista’ tfittex billi tuża kriterju 1 biss, jew tikkombina diversi (fejn disponibbli). Meta tfittex skont il-kelma/kelmiet, biex issib terminu b’lingwa li ma tafx, ibda tittajpja l-kelma bil-lingwa tal-interface (eż. jekk qed tara l-interface bil-Franċiż, ittajpja bil-Franċiż). Ladarba ddaħħal 3 karattri, it-Teżawru EUROVOC se jissuġġerixxi xi termini b’dik il-lingwa, flimkien mat-termini ekwivalenti tagħhom bil-lingwa tal-bażi tad-data li trid tfittex fiha. Jekk il-kelma li ttajpjajt ma tistax tinstab fit-teżawru, it-terminu li daħħalt jiġi tradott awtomatikament bil-lingwa tal-bażi tad-data.

Fittex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tfittxija għal kliem fit-titlu

Hawn daħħal il-kliem li tixtieq tfittex fit-titlu tad-dokument. Jintbagħtu biss id-dokumenti b'titlu li fih l-espressjoni jew il-kelma eżatta.

Suġġerimenti:

  • It-termini li trid tfittex trid tiktibhom fil-Pollakk, bil-karattri bl-aċċenti; ma ssirx tiswija ortografika;
  • ISAP ma jagħrafx id-deklinazzjonijiet u l-konjugazzjonijiet; biex issir forom differenti tal-istess kelma, ikteb l-għerq u uża l-qtugħ.
  • Inutli tikteb prepożizzjonijiet, konjugazzjonijiet, eċċ.;
  • Tista tuża qtugħ fuq il-lemin billi żżid +.

Tip ta' dokument

Agħżel it-tip ta' dokument li qed tfittex mill-menu billi tikklikkja l-vleġġa li turi dan. Tista' tagħżel tip wieħed biss.

Isem is-sors ta' pubblikazzjoni

Indika s-sors ta' pubblikazzjoni tad-dokumenti li qed tfittex. Tista' tuża din il-kaxxa flimkien mal-kaxxa « N° » fis-« sors tal-publikazzjoni». Tista' tagħżel tip wieħed biss.

Numru tas-sors ta' pubblikazzjoni

Indika n-numru tal-volum tal-Ġurnal Uffiċjali. Dan hu numru b'sekwenza u jerġa' jibda mill-1 kull sena. Tista' tuża din il-kaxxa flimkien mal-kaxxa « sena » fis-« sors tal-pubblikazzjoni». Pereżempju biex issib il-ġurnal nru 3 tas-sena 2003 ikteb 3 fil-kaxxa "Numru tas-sors tal-pubblikazzjoni" u 2003 fil-kaxxa "Data tal-pubblikazzjoni".

NON-EU countries

N-Lex provides links and descriptions ofwebsites of non-EU countries. (link is external)