Politika dwar il-cookies

Politika dwar il-cookies

Biex is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu fajls żgħar tad-data li nsejħulhom “cookies” fuq l-apparat tiegħek.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hu fajl żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Hu jippermetti s-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi ta' wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għalfejn toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.

  • Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ parti terzi.
  • Il-cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, b’differenza għal cookie ta’ sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-browser tiegħek.

Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab biex taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.

Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.

Kif nużaw il-cookies?

Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar “cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna.

Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.

Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:

  • il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tiftix u l-preferenzi tan-notifiki;
  • l-aħħar żjara tiegħek fuq is-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
  • jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.
  • Preferenzi tal-viżitaturi

Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru jekk qbiltx mal-politika tal-cookies ta’ dan is-sit.

  • Cookies operazzjonali

Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikolari cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.

Cookies tekniċi

  • Cookies analitiċi

Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.

Il-cookies sempliċiment jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna – bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).

Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza jew ma tintuża għal ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur.

  • Cookies ta' parti terza

Il-biċċa l-kbira tal-paġni juru kontenut minn siti web nazzjonali.

Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom.

Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.

Fornituri terzi fuq is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.

Data privata

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data dwar l-ibbrawżjar. Dawn il-cookies ma jintużaw għal ebda skop ieħor għajr dak deskritt hawnhekk.

Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?

Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq - għad-dettalji, ara aboutcookies.org.

Tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek

Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-browser tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.

Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).

L-immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit

Għal kontroll aktar iddettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-browser preferut tiegħek.

Imblukkar tal-cookies

Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. profil ta’ login).