Dwar il-bażi tad-dejta nazzjonali

Logo tas-sit web leġiżlattiv Bulgaru “Държавен вестник”

Il-ġurnal uffiċjali tal-gvern Bulgaru hi l- Gazzetta tal-Istat .

Fuq dan il-websajt tista' ssib il-kontenut kollu tal-ħarġiet kollha tal-Gazzetta tal-Istat Bulgaru tal-aħħar 7 snin fil-format PDF. Il-websajt hu miftuħ għall-pubbliku u hu bla ħlas.

Il-Gazzetta tal-Istat fiha żewġ taqsimiet (uffiċjali u mhux uffiċjali).

  • L-ewwel waħda fiha d-dokumenti kollha mill-istituzzjonijiet uffiċjali bħall-gvern, l-Assemblea Nazzjonali tal-Bulgarija, il-Qorti Kostituzzjonali, eċċ.: liġijiet, deċiżjonijiet, dikjarazzjonijiet, regolamenti, eċċ.
  • Il-parti mhux uffiċjali tinkludi deċiżjonijiet u ordnijiet mill-ministeri u l-muniċipalitjaiet kollha, li jikkonċernaw ħafna mill-attivitajiet tagħhom. Jiġu ppubblikati wkoll ħafna avviżi qosra tal-kumpaniji, li jikkonċernaw xi avvenimenti bħal stabbiliment jew deċiżjoni dwar għeluq.

Il-Gazzetta tal-Istat tippubblika d-dokumenti uffiċjali wara li jiġu vvutati fl-Assemblea Nazzjonali tal-Bulgarija, u jiġu ppubblikati kif jiġu vvutati. Sfortunatament, dan ifisser li l-Gazzetta tal-Istat tikkonsisti prinċipalment f'edizzjonijiet u korrezzjonijiet tad-dokumenti uffiċjali, u mhux fit-testi sħaħ tal-liġijiet attwali fil-Bulgarija. Hu għalhekk li kwalunkwe tiftixa fil-bażi tad-dejta tagħha tipprovdi l-iktar informazzjoni dwar tibdiliet fid-dokumenti leġiżlattivi u mhux il-lista sħiħa ta' liġijiet fis-seħħ.