Dwar il-bażi tad-dejta nazzjonali

Logo tas-sit web leġiżlattiv Spanjol “BOE”

Deskrizzjoni

L-uffiċċju tal-Boletín Oficial del Estado (BOE, Ġurnal uffiċjali ta' l-Istat) huwa entità pubblika li tiddependi mill- Ministerio de la Presidencia (Ministeru responsabbli għall-organizzazzjoni u għat-tmexxija ta' l-amministrazzjoni ġenerali ta' l-Istat). Hu inkarigat mill-pubblikazzjoni, l-istampar, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-Ġurnal Uffiċjali. Hu l-entità kompetenti fil-qasam tal-pubblikazzjoni u l-propagazzjoni tal-liġijiet, id-dispożizzjonijiet u l-atti l-oħra obbligati li jiġu ppubblikati.

Fl-ambitu tal-missjoni tiegħu, l-uffiċċju tal-propagazzjoni, joffri aċċess onlajn għall-bażi tad- data leġiżlattiva Iberlex, li fiha tinsab kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola, kif ukoll tal-komunitajiet awtonomi Spanjoli, ippubblikati fil- Boletín Oficial del Estado, mill-1960, l-istess bħal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli fi Spanja, ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, mill-1952. Din il-bażi tad- data hi s-sors disponibbli għall-konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni Spanjola fl-N-Lex.

Atti legali

Il-Kostituzzjoni ta' l-1978 (La Constitución del 1978): norma suprema tas-sistema leġiżlattiva Spanjola.

Il-liġi (La ley) u l-att leġiżlattiv

Is-sistema leġiżlattiva Spanjola tiddistingwi bejn tliet tipi ta' liġijiet:

Liġijiet ta’ eżekuzzjoni (Leyes organicas): liġijiet marbuta ma' l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet pubbliċi, ma' l-approvazzjoni ta' l-istatuti tal-komunitajiet awtonomi, kif ukoll mas-sistema elettorali ġenerali;

Liġijiet (Leyes): liġijiet approvati mill-Parlament waqt sessjoni plenarja b’maġġoranza sempliċi u li ma jikkonċernawx oqsma li jaqgħu taħt liġi ta’ eżekuzzjoni.

Digriet-liġijiet irjali (Reales Decretos-Leyes): atti adottati mill-Gvern f’każ ta’ neċessità straordinarji jew ta’ urġenza.Att ta’ din ix-xorta ma jistax jikkonċerna la t-tħaddim ta’ l-istituzzjonijiet l-aktar importanti ta’ l-Istat, id-drittijiet, id-dmirijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini, la s-sistema tal-komunitajiet awtonomi, u lanqas id-dritt elettorali ġenerali;

Digrieti leġiżlattivi rjali (Reales decretos-legislativos): il-Parlament Spanjol jista’ jiddelega lill-Gvern il-kompetenza li jadotta atti leġiżlattivi li jikkonċernaw ċerti oqsma li mhumiex limitati għal-liġi organika u li għandhom kumplessità teknika kbira.

Dawn il-liġijiet għandhom l-istess importanza bħal-liġijiet ivvotati mill-Parlament Nazzjonali iżda huma applikati biss fir-reġjun ikkonċernat. Bejn il-liġijiet adottati fil-livel nazzjonali u dawk adottati mill-Parlamenti tal-komunitajiet awtonomimhemmx differenza ġerarkika iżda hemm biss differenza ta’ kompetenza. Kull komunità awtonoma għandha kompetenzi leġiżlattivi differenti, deskritti fl-istatut tagħha ta’ awtonomija.

  • Liġijiet adottati mill-Parlament Nazzjonali:
  • Atti adottati mill-Gvern:
  • Liġijiet adottati mill-Parlamenti tal-komunitajiet awtonomi:

Regolament (El reglamento)

Ir-regolamenti jistgħu jiġu adottati mill-Gvern ċentrali, mill-Gvern tal-komunitajiet awtonomi jew mill-amministrazzjoni. L-għan tagħhom huwa li jimplimentaw, jiżviluppaw jew jikkompletaw liġi. Ir-regolamenti prinċipali tas-sistema ġuridika Spanjola huma d-digrieti rjali, ordinijiet ministerjali (órdenes ministeriales ), ir-reżoluzzjonijiet, l-istruzzjonijiet u ċ-ċirkolarijiet.