Is-sistema ta’ informazzjoni ġuridika (Das Rechtsinformationssystem - RIS) http://www.ris.bka.gv.at/ hija bażi ta’ dejta elettronika ġestita mill-Kanċillerija Federali tal-Awstrija. Hija tħabbar id-dispożizzjonijiet legali ppubblikati fil-Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka (Bundesgesetzblatt) u tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija. Il-bażi tad-dejta ilha teżisti onlajn mill-1986 u minn Ġunju tal-1997 tista’ tiġi aċċessata mill-pubbliku mingħajr ħlas.
Ir-RIS tkopri s-suġġetti li ġejjin (permezz tal-N-Lex wieħed jista' jara biss il-materjal taħt “Bundesrecht konsolidiert“ (il-Liġi Federali Konsolidata) u “Bundesgesetzblatt authentisch ab 2004“ (il-Gazzetta dwar il-Liġi Federali – il-verżjoni uffiċjali, mill-2004))
Din l-Applikazzjoni fiha l-Gazzetta Federali dwar il-Liġi Awstrijaka. Fil-Gazzetta Federali, jiġu ppubblikati l-liġijiet kostituzzjonali, il-liġijiet Federali, ir-Regolamenti, l-Avviżi, u t-Trattati tal-Istat. Dawn l-atti legali jgħaddu jew mill-Parlament Awstrijak, magħmul mill-Bundesrat u minn Nationalrat (il-Kunsill Federali u l-Kunsill Nazzjonali) jew permezz ta' Regolament/Avviż mill-Gvern Federali jew Ministru tal-Gvern Federali.
Mill-2004, il-verżjoni li torbot legalment tal-Gazzetta dwar il-Liġi Federali huija ppubblikata
fir-RIS biss. Il-verżjonijiet iffirmati huma legalment vinkolanti- biex tara waħda, ikklikkja
fuq l-ikona.
IR-RIS fiha wkoll il-verzjonijiet ta' dokumenti mill-1945 sal-2003 li mhumiex legalment vinkolanti, kif ukoll links (ħoloq) fuq l-internet għal-bażi tad-dejta tal-librerija nazzjonali Awstrijaka tal-Gazzetti, mill-1780 sal-1940.
Din l-applikazzjoni toffri bażi ta’ dejta tal-Liġi Federali Awstrijaka kollha, f’forma konsolidata (= taqsira tal-att oriġinali bl-emendi kollha sussegwenti, bħala test uniku mhux legalment vinkolanti. Dawn id-dokumenti huma għall-finijiet ta' informazzjoni biss u ma għandhom l-ebda saħħa legali.
Din l-Applikazzjoni toffri l-possibbilta li wieħed ifittex Abbozzi tal-Ministeri mill-Liġijiet (Abbozzi ta’ Atti Ministerjali) u proposti tal-Gvern mis-sena 2004.
Begutachtungsentwürfe huma abbozzi ta' atti leġislattivi mfassla minn ministeru, li dwarhom il-ministeri l-oħra, l-esperti jew il-gruppi ta’ interessi jkunu jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom, matul perjodu ta’ żmien.
Regierungsvorlagen huma Abbozzi ta' Atti tal-Gvern Federali li ġew adottati unanimament mill-Kunsill tal-Ministri Awstrijak. (Ministerrat) u mibgħuta lill-Parlament għall-adozzjoni.
Il-websajt tar-RIS tinkludi bażi ta’ dejta ta’ atti legali konsolidati mid-9 Länder Federali tal-Awstrija jew provinċji (Burgenland, Karintja, l-Awstrija ta’ Isfel, Salzburg, Styria, Tirol, L-Awstrija ta’ Fuq, Vienna u Vorarlberg). Il-bażi ta’ dejta ġiet żviluppata bil-kooperazzjoni mill-uffiċċji tal-gvern provinċjali.
Il-liġi provinċjali tgħaddi permezz tal-Assemblea Provinċjali (Landtag) – jew permezz ta’ Regolament (Verordnung) mill-Gvernatur Provinċjali (Landeshauptmann) jew mill-Gvern Provinċjali (Landesregierung) – u hija legalment vinkolanti f’dik il-provinċja biss.
Il-Gazzetta Provinċjali hija disponibbli f’dawn il-Länder Federali: f'Burgenland (mill-2000), f’Karintja (mill-2000), fl-Awstrija ta’ Fuq (mill-1947), f’Salzburg (mill-2001), fi Steiermark (mill-1989), fit-Tirol (mill-1995) u f’Vorarlberg (mill-2001).
Il-Gazzetta dwar il-Liġi Provinċjali tippubblika l-liġijiet kostituzzjonali provinċjali (Landesverfassungsgesetze), il-liġijiet provinċjali (Landesgesetze), ir-Regolamenti (Verordnungen), l-Avviżi (Kundmachungen) u t-Trattati tal-Istat (Staasverträge).
Għall-Gazzetta ta’ Vjenna (mill-1955), ikklikja fuq il-ħolqa tal-Kunsill tal-Belt ta’ Vjenna (Magistrat der Stadt Wien).
Bl-istess mod wieħed jista’ jaċċessa l-Gazzetti Provinċjali storiċi permezz tal-ħolqa tal-Librerija Nazzjonali Awstrijaka.
Hawnhekk wieħed isib liġi/regolamenti magħżula mill-provinċji ta’ Karintja, tal-Awstrija ta’ Isfel, ta’ Salzburg, ta’ Styria u ta’ Vjenna.
Il-Liġi Muniċipali hija adottata permezz tas-setgħat delegati lill-muniċipalitajiet (Gemeinden) mill-Kostituzzjoni Awstrijaka.
Id-deċiżjonijiet mill-qrati jew mill-bordijiet li ġejjin huma disponibbli:
Din l-applikazzjoni fiha digrieti magħzula mill-Ministeri Federali tal-Awstrija.
Digrieti huma dispozizzjoniet legali amministrattivi li permezz tagħhom il-ministeri jagħtu l-istruzzjonijiet dwar kif il-liġijiet għandhom jiġu implementati.
Hawnhekk tinsab selezzjoni ta’ liġijiet Awstrijaċi miġjuba bl-Ingliż.