Dwar il-bażi tad-dejta nazzjonali

Logo tas-sit web leġiżlattiv Lussemburgiż “Legilux/Mémorial”

Deskrizzjoni

Journal officiel du Grand-Duché de Luxembourg, is-sit web Lussembergiż dwar il-liġi onlajn, jipprovdi aċċess għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ppubblikata fis-serje 3 tal-gazzetta legali tal-Lussemburgu, il-Mémorial.

Is-sit huwa maqsum fi 3 taqsimiet, li jirriflettu t-3 serje tal-Mémorial.

  • Leġiżlazzjoni (Serje A)
    Strumenti leġiżlattivi u regolatorji sa mill-1839.
    Dokumenti ppubblikati taħt l-intestatura ta' “textes coordonnés” (verżjonijiet konsolidati tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'sura kodifikata jew ta' ġabra).
  • Amministrazzjoni (Serje B)
    Strumenti, ċirkulari, opinjonijiet u listi amministrattivi sa mill-1996.
  • Kumpaniji u assoċjazzjonijiet (Serje C)
    Avviżi dwar kumpaniji, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mingħajr profitt sa mill-1996.
    Referenzi għall-avviżi obbligatorji kollha sa mill-1962 dwar il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-Lussemburgu.

Atti legali

Mémorial , serje A

Strumenti leġiżlattivi u regolatorji (liġijiet, ministerjali u regolamenti oħra, eċċ.)

Textes coordonnés (testi koordinati)

Verżjonijiet konsolidati tal-leġiżlazzjoni attwali inklużi l-kodiċi u kompilazzjonijiet leġiżlattivi, siltiet mis-serje A Mémorial , ġabriet ta' leġiżlazzjoni u pubblikazzjonijiet oħra.

Codes-lois (kodiċi leġiżlattivi)

  • kodiċi ċivili
  • kodiċi ta' proċedura kriminali
  • kodiċi kummerċjali
  • kodiċi tat-triq
  • kodiċi tas-sigurtà soċjali
  • kodiċi ta' proċedura ċivili
  • kodiċi tax-xogħol
  • kodiċi penali
  • kodiċi ta' proċedura ċivili.

Codes-compilations (kompilazzjonijiet leġiżlattivi)

  • kodiċi amministrattiva
  • kodiċi ambjentali
  • kodiċi tal-edukazzjoni nazzjonali
  • kodiċi tas-saħħa
  • ġabra ta' liġijiet speċjali.

Il-kompilazzjonijiet jikkonsolidaw it-testi leġiżlattivi u regolatorji kollha f'qasam partikolari, iżda mhumiex awtoritevoli: ma jistgħux jintużaw fil-qorti.

Recueils de législation (ġabriet ta' leġiżlazzjoni)

Fuljetti li fihom testi leġiżlattivi u regolatorji konsolidati u għażla ta' każistika dwar suġġetti speċifiċi.

Autres publications (pubblikazzjonijiet oħra)

Publikazzjonijiet li jispjegaw proċedimenti leġiżlattivi u regolatorji, il-proċedura amministrattiva mhux kontenzjuża u regolamenti li jiggvernaw l-uffiċjali tal-istat. Hemm ukoll traduzzjoni Ingliża tal-"liġi dwar il-kumpaniji kummerċjali".