Għajnuna

Ipprintja din il-paġna

Il-menù prinċipali fil-paġna ewlenija jelenka l-pajjiżi kollha li għandhom bażijiet tad-dejta legali li tista' tfittex fihom.

Biex tagħżel pajjiż, ikklikkja fuq il-bandiera tiegħu; din tieħdok lejn il-paġna tat-tiftix.

Il-menù fuq in-naħa tax-xellug jagħtik 3 għażliet:

  • FITTEX
    Tista' tfittex f'tal-inqas bażi tad-dejta waħda, skont x'ikun disponibbli għal dak il-pajjiż (leġiżlazzjoni oriġinali jew konsolidata, ġurnal uffiċjali, pubblikazzjonijiet legali, eċċ.)
    Lingwi disponibbli – xi kultant il-kontenut ikun b’iktar minn lingwa uffiċjali waħda tal-pajjiż. Il-ġurnal uffiċjali Belġjan, pereżempju, huwa disponibbli bil-Franċiż, l-Olandiż u l-Ġermaniż.
  • TGĦALLEM IKTAR
    • Dwar il-bażi tad-dejta nazzjonali
      Spjegazzjoni dwar kif hi strutturata l-bażi tad-dejta nazzjonali u liema tipi ta’ dokumenti legali fiha.
    • [Titlu tal-bażi tad-dejta nazzjonali – bil-lingwa nazzjonali]
      Dan jillinkja direttament għall-bażi tad-dejta nazzjonali.
  • LISTA TAL-PAJJIŻI 
    Ikklikkja biex tespandi f'lista tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali l-oħra kollha.

Fittex

Il-paġna tat-tiftix hija bejn wieħed u ieħor l-istess għall-pajjiżi kollha, ikunu kif ikunu organizzati l-bażijiet tad-dejta nazzjonali.

Madankollu, minħabba li l-funzjonijiet tat-tiftix fil-bażijiet tad-dejta jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, uħud mill-oqsma ta' tiftix jistgħu jkunu mitfija.

Suġġerimenti għat-tiftix

  1. Għal għajnuna u eżempji ta’ termini ta’ tiftix – uża l-maws u għaddieh quddiem il-qasam tat-tiftixa.
  2. Biex issib terminu f’lingwa li ma tafx – ikklikkja fuq fit-tmiem tal-qasam tat-tiftixa.
    • Traduzzjoni awtomatizzata
    • Teżawru (ta' termini tal-UE)

Irfinar tar-riżultati

  • Ebda riżultat, jew ebda riżultat rilevanti?
    Neħħi entrati minn qasam wieħed jew aktar u erġa' pprova (biex twessa’ l-ambitu tat-tiftixa).
  • Wisq riżultati? 
    Żid entrati f'aktar oqsma u erġa' pprova (biex tikseb riżultati aktar immirati).

Riżultati tat-tiftix

Kull paġna tar-riżultati turi sommarju tal-kriterji ta' tiftix tiegħek u tippermettilek:

  • tħassar il-kriterji mit-tiftixa oriġinali tiegħek, jew iżżid iktar kriterji
  • terġa’ tfittex bi kriterji ġodda.

Differenzi fil-mod kif jidhru r-riżultati tat-tiftix

Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni meta t-teknoloġiji ta' konnessjoni jkunu qed jiġu allinjati, għandek imnejn tinnota xi differenzi (fil-mod kif jidhru, fl-għażliet ta' traduzzjoni disponibbli, eċċ.), skont il-pajjiż:

  • Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugal, u s-Slovakkja
    • Ir-riżultati jintwerew b'mod differenti għal kull pajjiż (essenzjalment bl-użu tal-opzjonijiet tad-dehra u n-navigazzjoni tal-bażi tad-dejta nazzjonali kkonċernata).
    • Xi informazzjoni ("numru ta' paġni murija", "mur fil-paġna li jmiss" eċċ.) hi pprovduta bil-lingwa/i nazzjonali biss.
  • L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (Stat Membru sad-31.01.2020
    • Dehra standard u navigazzjoni permezz ta' N-Lex.
    • It-titli tad-dokumenti biss huma bil-lingwa nazzjonali.
    • L-opzjoni tat-traduzzjoni hija disponibbli għar-riżultati ta' tiftix f'dawn il-bażijiet tad-dejta.

Traduzzjoni awtomatizzata

Tista' tuża din biex tittraduċi r-riżultati tat-tiftix tiegħek (inklużi t-titoli, ir-referenza u t-taqsiriet) fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. L-opzjoni bħalissa hija disponibbli biss għall-bażijiet tad-dejta elenkati hawn taħt:

L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (Stat Membru sad-31.01.2020).

Kif tuża l-għodda

Din tieħu madwar minuta biex tittraduċi paġna sħiħa ta' riżultati (il-veloċità tiddependi fuq l-ammont ta' test li jkun hemm).

Jekk ir-riżultati tiegħek fihom iktar minn paġna waħda, trid tirrepeti l-proċess ta' traduzzjoni għal kull paġna. 

Tiftix f'għadd ta' bażijiet tad-dejta

Uża din jekk tixtieq tfittex f’diversi pajjiżi fl-istess ħin.

Hija disponibbli biss għall-pajjiżi li ġejjin: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (Stat Membru sad-31.01.2020).

It-tiftixa tista’ ssir simultanjament f’minn 2-19-il pajjiż.

L-uniku kriterju ta’ tiftix komuni għal dawn il-pajjiżi kollha hija t-tiftixa permezz ta’ kelma/kliem fit-titlu u fit-test.

Agħżel il-pajjiżi li int interessat fihom mill-menù fuq ix-xellug. Imbagħad daħħal il-kelma/kliem fl-oqsma ddedikati, fil-lingwa tal-interface.

Ladarba ddaħħal 3 karattri, it-Teżawru EUROVOC se jissuġġerixxi terminu jew termini. Jekk il-kelma li ddaħħal mhix fit-Teżawru, tintuża t-traduzzjoni awtomatizzata biex jiġi tradott it-terminu li tkun daħħalt fil-lingwa sors (jiġifieri l-lingwa tal-bażi tad-dejta inkwistjoni).

 Għall-Ġermanja, għandek tkun taf li ma tistax iddaħħal kliem tat-tiftix fl-oqsma tat-tiftix “test” u “titlu” simultanjament.

Ir-riżultati tat-tiftixa huma ppreżentati skont il-pajjiż, fuq l-istess paġna. L-għodda tat-traduzzjoni awtomatizzata hi disponibbli biex tittraduċi r-riżultati.