Dwar il-bażi tad-dejta nazzjonali

Logo tas-sit web leġiżlattiv Franċiż “Légifrance”

Daqqa t'għajn

Légifrance hu s-servizz pubbliku ta' diffużjoni tal-liġi Franċiża bl-internet. Jaqa' taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali tal-gvern. It-tmexxija tiegħu hi żgurata mis-servizz tal-informazzjoni legali u amministrattiva.

Légifrance jagħti aċċess:

  • għal-liġi nazzjonali Franċiża (il-Kostituzzjoni, il-kodiċi, it-testi legali u r-regolamenti ppubblikat fil- Journal officiel de la République française, il-konvenzjonijiet kollettivi u l-komunikati uffiċjali tal-ministeri);
  • il-ġurisprudenza kostituzzjonali, amministrattiva u ġudizzjarja;
  • għal-liġi Ewropea (it-testi tat-trattati Ewropej, il-liġi sekondarja ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, it-traspożizzjoni tad-direttivi u l-ġurisprudenza);
  • għal-liġi internazzjonali (it-trattati u l-ġurisprudenza).

It-testi ppubblikati fil- Journal officiel de la République française mill-1990 jistgħu jiġu kkonsultati fl-integralità tagħhom. L-atti ppubblikati bejn l-1947 u l-1989 ir-referenzi akkumpanjati b'faksimile biss huma disponibbli.

Formoli ta' tiftix jippermettu tiftix fil-bażijiet tad-dejta legali differenti. Huma adatti għat-tipi differenti ta' atti u għall-bżonnijiet tal-utenti (tiftixa sempliċi, dettaljata jew tematika).

Atti legali disponibbli

Il-liġi

Il-liġi hi regola legali b'ambitu ġenerali u impersonali, li tapplika għal kulħadd. Hi vvutata fil-Parlament (l-Assemblea Nazzjonali u s-Senat), ippromulgata mill-President tar-Repubblika u ppubblikata fil-Journal officiel.

L-ordinanzi

Ordinanza hi att regolamentari li jippermetti lill-Gvern, fit-twettiq tal-programm tiegħu u għal perjodu limitat, biex jieħu miżuri li jinsabu fil-qasam tal-liġi.

L-ordinanzi għandhom ikunu awtorizzati mil-liġi li tagħti l-awtorizzazzjoni vvutata mill-Parlament. Iżżommu karattru eċċezzjonali. Huma adottati fil-Kunsill tal-ministri u ffirmati mill-President tar-Repubblika. Iridu jkunu ppreżentati fil-Parlament biex ikunu ratifikati u għalhekk ikunu assimilati mal-liġijiet.

Id-digrieti

Id-digrieti huma atti li għandhom firxa ġenerali jew individwali (jiġifieri li jikkonċernaw persuna – peż. nomina) ipproklamati b'editt mis-setgħa eżekuttiva (il-President tar-Repubblika u l-Prim Ministru).

Hemm distinzjoni bejn: id-digrieti awtonomi, li huma meħuda mill-Prim Ministru fil-limiti definiti bil-Kostituzzjoni u fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-President tar-Repubblika, u d-digrieti ta' applikazzjoni, ukoll meħuda mill-Prim Ministru, li jippreċiżaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-liġijiet.

Is-sentenzi

B'delega tal-Prim Ministru, il-ministri, il-prefetti u s-sindki jistgħu jattwaw regolamenti ta' applikazzjoni tal-liġijiet, fl-oqsma rispettivi tal-kompetenzi tagħhom. Huma għalhekk sentenzi, ministerjali, interministerjali, prefettorali jew muniċipali. 

Id-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet huma atti regolamentari maħruġa mill-awtoritajiet amministrattiv indipendenti bħalma hi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Informatika u l-Libertà jew bħall-Awtorità li tirreġola l-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-posta.

Id-deliberazzjonijiet

Dan it-terminu jirreferi kemm għall-analiżi u kif ukoll għad-diskussjoni ta' kwistjoni minn entità kollettiva qabel ma din tkun tista' tieħu deċiżjoni, u r-riżultat ta' din id-diskussjoni, jiġifieri, id-deċiżjoni meħuda.  Légifrance jagħti aċċess għad-deliberazzjoijiet tal-awtoritajiet amministrattivi indipendenti.

Iċ-ċirkularijiet u l-istruzzjonijiet

Dawn l-atti m'għandhomx valur regolamentari. Jillimitaw lilhom infushom biex jagħtu struzzjonijiet lis-servizzi amministrattivi, b'mod partikulari fi ħdan il-Ministeri, fl-applikazzjoni tal-liġijiet u d-digrieti, jew biex jippreċiżaw l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet. Dawk l-aktar importanti biss jiġu ppubblikati fil-Journal officiel.

L-istudji tal-impatt u r-rapporti

Dawn huma dokumenti preparatorji stabbiliti mill-ministeri differenti għall-Prim Ministru jew il-President tar-Repubblika.

L-istudji tal-impatt isiru pubbliċi fl-istess ħin mal-abbozzi tal-liġijiet. Iridu jkunu mehmużin magħhom (skont l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-liġi organika tal-15 ta' April 2009).

Ir-rapporti ta' preżentazzjoni jakkompanjaw it-testi tad-digriti jew tal-ordinanzi li huma suġġetti għall-approvazzjoni tagħhom.

L-opinjonijiet

L-opinjonijiet huma testi maħruġa wara l-konsultazzjoni ta' persuna jew entità. Is-sit Légifrance jagħti aċċess għall-opinjonijiet mogħtija mill-Ministeri differenti (opinjonijiet relatati pereżempju mal-estenzjoni ta' konvenzjoni kollettiva) u mill-awtoritajiet amministrattivi indipendenti.

Id-digrieti-liġijiet

Id-digrieti-liġijiet kienu fis-seħħ bejn l-1924 u l-1958. Kienu atti regolamentari magħmulin mill-gvern bis-setgħa tal-Parlament u suġġetti fil-prinċipju għar-ratifika tiegħu, biex ikunu emendati jew abrogati d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi. Mill-1958, kienu ssosstitwiti bl-ordinanzi.